+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2018/858. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin.

▼B

(a) 

“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser il-medja, fir-rigward ta' manifattur, tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha prodotti minn dak il-manifattur;

▼M5 —————

▼B

(h) 

“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozza tal-passiġġieri jew minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolamenti ta' implimentazzjoni tiegħu u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura. Għal karozzi tal-passiġġieri jew għal vetturi kummerċjali ħfief li ma għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, b'mod partikolari skont l-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 sal-31 ta' Diċembru 2020, u mill-1 ta' Jannar 2021 fir-Regolament (UE) 2017/1151, jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal tali vetturi;

▼M5 —————

▼B

(j) 

“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-mira annwali stabbilita skont l-Anness I jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont dik id-deroga;

(k) 

“mira għall-flotta kollha tal-UE” tfisser l-emissjonijiet medji ta' CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri jew għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jridu jintlaħqu f'perjodu partikolari;

(l) 

“massa tat-test” jew “TM” tfisser il-massa tat-test ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa kif stabbilit fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fil-punt 3.2.25 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(m) 

“vettura b'emissjonijiet ta' livell żero jew baxxi” tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b'emissjonijiet mill-pajp tal-egżost minn żero sa 50 g CO2/km, kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 3 2.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser:

(a) 

impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

(i) 

is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew

(ii) 

is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord tat-tmexxija jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

(iii) 

id-dritt li jamministra l-affarijiet tal-impriża;

(b) 

impriżi li, direttament jew indirettament, ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) fuq il-manifattur;

(c) 

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

(d) 

impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma' impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (a);

(e) 

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.