|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser:
(a)
impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
(i)
is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew
(ii)
is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord tat-tmexxija jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew
(iii)
id-dritt li jamministra l-affarijiet tal-impriża;
(b)
impriżi li, direttament jew indirettament, ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) fuq il-manifattur;
(c)
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);
(d)
impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma' impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (a);
(e)
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|