|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi li ġejjin:
(a)
għas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont il-punti 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness I fil-każ tal-karozzi tal-passiġġieri, jew il-punti 1 u 2 tal-Parti B tal-Anness I fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief, inkella fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, f'konformità ma' dik id-deroga;
(b)
għal kull sena kalendarja mill-2021 sal-2024, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu stabbiliti konformement mal-punti 3 u 4 tal-Parti A jew B tal- Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga u l-punt 5 tal-Parti A jew B tal-Anness I;
(c)
għal kull sena kalendarja, mill-2025 'il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont il-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I, jew, fejn manifattur jingħata deroga taħt l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet iddeterminata f'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I." tkun negattiva, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għandha tkun ta' 0 g/km. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|