+Artikolu 4 Miri tal-emissjonijiet speċifiċi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 1a.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Miri tal-emissjonijiet speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi li ġejjin:
(a)
għas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont il-punti 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness I fil-każ tal-karozzi tal-passiġġieri, jew il-punti 1 u 2 tal-Parti B tal-Anness I fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief, inkella fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, f'konformità ma' dik id-deroga;
(b)
għal kull sena kalendarja mill-2021 sal-2024, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu stabbiliti konformement mal-punti 3 u 4 tal-Parti A jew B tal- Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga u l-punt 5 tal-Parti A jew B tal-Anness I;
(c)
għal kull sena kalendarja, mill-2025 'il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont il-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I, jew, fejn manifattur jingħata deroga taħt l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet iddeterminata f'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I." tkun negattiva, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għandha tkun ta' 0 g/km.
|
|
Artikolu 4 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, għall-perjodu ta’ tliet snin li jinkludi s-snin kalendarji mill-2025 sal-2027, manifattur, inkluż meta jkun membru ta’ konsorzju, għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 matul dak il-perjodu ma jaqbżux il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu matul dak il-perjodu. Dawk l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medja fuq il-perjodu ta’ tliet snin tal-emissjonijiet speċifiċi medji annwali ta’ CO2 ponderati skont l-għadd ta’ vetturi ġodda rreġistrati għall-manifattur f’kull sena kalendarja. Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja fuq il-perjodu ta’ tliet snin tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi annwali ddeterminati f’konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A jew tal-Parti B tal-Anness I jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, f’konformità ma’ dik id-deroga, ponderata skont l-għadd ta’ vetturi ġodda rreġistrati għall-manifattur f’kull sena kalendarja. Għal kull sena kalendarja li fiha manifattur ikun ġie inkluż f’konsorzju, l-emissjonijiet speċifiċi medji annwali ta’ CO2 u l-mira annwali tal-emissjonijiet speċifiċi li għandhom jintużaw għal dawk il-kalkoli għandhom ikunu l-valuri għal dak il-konsorzju.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief, meta l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta' CO2.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti:
—
100 % mill-2021 'il quddiem.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|