+Artikolu 8 Primjum għal emissjonijiet eċċessivi
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.

Artikolu 8 Primjum għal emissjonijiet eċċessivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Fir-rigward ta' kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta' konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tas-snin kalendarji mill-2025 sal-2027, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fuq kwalunkwe manifattur li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 matul dawk it-tliet snin jaqbżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu matul il-perjodu mill-2025 sal-2027.

Artikolu 8 2.

Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:

(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta' vetturi b'reġistrazzjoni ġdida.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

— 
“emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur – b'kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 11 – ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f'parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali, u
— 
“l-għadd ta' vetturi b'reġistrazzjoni ġdida” tfisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief ġodda magħduda b'mod separat li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f'dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4(3).
Artikolu 8 3.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-modi għall-ġbir ta' primjums għall-emissjonijiet eċċessivi imposti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
Artikolu 8 4.
L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.