+Artikolu 9 Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, lista li tindika:
(a)
għal kull manifattur, il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;
(b)
għal kull manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)
id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena;
(d)
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti;
(e)
il-massa medja fi stat operattiv għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Diċembru 2020;
(f)
il-massa tat-test medja għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha, għall-pubblikazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2022, tindika wkoll dan li ġej:
(a)
il-miri għall-2025 u għall-2030 għall-flotta kollha tal-UE msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5), rispettivament, ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punti 6.1.1 u 6.1.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I;
(b)
il-valuri għal a2021, a2025 u a2030 ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|