+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 4.

Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I għas-snin sa u inkluża s-sena kalendarja 2028 minn manifattur li jkun responsabbli, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu, għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri ġdida reġistrata kull sena kalendarja fl-Unjoni.

Applikazzjoni bħal din tista' ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma' kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:

(a) 

l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, inkluża, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar kwalunkwe impriża konnessa;

(b) 

fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jirreferu għall-punti minn 1 sa 4 tal-Parti A tal-Anness I, mira li tkun tnaqqis ta' 45 % fl-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2007 jew, fejn issir applikazzjoni unika fir-rigward ta' għadd ta' impriżi konnessi, tnaqqis ta' 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' dawk l-impriżi fl-2007;

(c) 

fir-rigward tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, mira applikabbli fis-snin kalendarji 2025-2028 li tkun it-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament fuq il-mira kkalkulata skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

Fejn ma teżistix informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta' tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 disponibbli li jintużaw f'karozzi tal-passiġġieri ta' massa komparabbli u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza manifatturata. Dik il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur jekk dan juri li l-kriterji għall-għoti ta' deroga msemmija f'dan il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.