+Artikolu 10 Derogi għal ċerti manifatturi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
|
Artikolu 10 Derogi għal ċerti manifatturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f'konformità mal-Anness I minn manifattur ta' inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja jekk dak il-manifattur:
(a)
ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew
(b)
jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi relatati li b'kollox huwa responsabbli għal inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew
(c)
ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess.
|
|
Artikolu 10 2.
|
►M5
Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluż is-sena kalendarja 2035. ◄ Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a)
l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur;
(b)
provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1;
(c)
dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inklużi l-massa tat-test u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dawk il-karozzi tal-passiġġieri jew il-vetturi kummerċjali ħfief; u
(d)
mira tal-emissjonijiet speċifiċi konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa manifatturata.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Jekk il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I għas-snin sa u inkluża s-sena kalendarja 2028 minn manifattur li jkun responsabbli, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu, għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri ġdida reġistrata kull sena kalendarja fl-Unjoni. Applikazzjoni bħal din tista' ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma' kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a)
l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, inkluża, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar kwalunkwe impriża konnessa;
(b)
fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jirreferu għall-punti minn 1 sa 4 tal-Parti A tal-Anness I, mira li tkun tnaqqis ta' 45 % fl-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2007 jew, fejn issir applikazzjoni unika fir-rigward ta' għadd ta' impriżi konnessi, tnaqqis ta' 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' dawk l-impriżi fl-2007;
(c)
fir-rigward tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, mira applikabbli fis-snin kalendarji 2025-2028 li tkun it-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament fuq il-mira kkalkulata skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.
Fejn ma teżistix informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta' tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 disponibbli li jintużaw f'karozzi tal-passiġġieri ta' massa komparabbli u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza manifatturata. Dik il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur jekk dan juri li l-kriterji għall-għoti ta' deroga msemmija f'dan il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Manifattur li jkun suġġett għal deroga skont dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Jekk, abbażi ta' notifika skont il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Jekk il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tistabbilixxi regoli li jissupplimentaw il-paragrafi minn 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal derogi, tal-kontenut tal-applikazzjonijiet, u tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2. Il-Kummissjoni hija mogħtija wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex temenda l-Parti A tal-Anness I għall-fini tal-istabbiliment tal-formuli tal-kalkolu tal-miri tad-deroga msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10 9.
|
L-applikazzjonijiet għal deroga, inkluża l-informazzjoni li tappoġġaha, in-notifiki taħt il-paragrafu 5, ir-revoki taħt il-paragrafu 6, kwalunkwe impożizzjoni ta' primjum għal emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 7 u l-miżuri adottati konformement mal-paragrafu 8, għandhom ikunu disponibbli pubblikament, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|