Fejn, b'riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, jinstab nuqqas ta' korrispondenza ta' valuri ta' emissjoni ta' CO
2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tinstab xi strateġija li ttejjeb b'mod artifiċjali r-rendiment ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura l-korrezzjoni taċ-ċertifikati ta' konformità.
►M5
Meta d-
data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista' tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' korrezzjoni bid-
data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.
◄