+Artikolu 13 Verifika tal-emissjonijiet ta' CO2ta' vetturi fis-servizz
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
|
Artikolu 13 Verifika tal-emissjonijiet ta' CO2ta' vetturi fis-servizz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-valuri ta' emissjoni ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta' konformità jikkorrispondu għall-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fis-servizz kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Wara d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw, abbażi ta' kampjuni ta' vetturi xierqa u rappreżentattivi, li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta' konformità tal-familji ta' vetturi li għalihom huma responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip jikkorrispondu għall-emissjonijiet ta' CO2 minn, u l-konsum tal-fjuwil ta', il-vetturi fis-servizz kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 filwaqt li jikkunsidraw, fost l-oħrajn, kwalunkwe data disponibbli minn tagħmir ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija abbord. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll il-preżenza ta' kwalunkwe strateġija abbord jew b'rabta mal-vetturi fil-kampjun li ttejjeb artifiċjalment ir-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip billi, fost l-oħrajn, jużaw data mit-tagħmir tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Fejn, b'riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, jinstab nuqqas ta' korrispondenza ta' valuri ta' emissjoni ta' CO 2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tinstab xi strateġija li ttejjeb b'mod artifiċjali r-rendiment ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura l-korrezzjoni taċ-ċertifikati ta' konformità.
►M5
Meta d- data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista' tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' korrezzjoni bid- data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati. ◄
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, qabel l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li tadotta att delegat skont l-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-prinċipji ta' gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|