+Artikolu 14 Aġġustamenti tal-valuri M0u TM0
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
|
Artikolu 14 Aġġustamenti tal-valuri M0u TM0
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Il-valuri M0 u TM0 imsemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:
(a)
sal-31 ta' Ottubru 2020, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha reġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024;
(b)
sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2019, l-2020 u l-2021. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika fl-2024;
(c)
sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021;
(d)
sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-Anness I kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|