|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Il-valuri M0 u TM0 imsemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:
(a)
sal-31 ta' Ottubru 2020, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha reġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024;
(b)
sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2019, l-2020 u l-2021. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika fl-2024;
(c)
sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021;
(d)
sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|