+Artikolu 14a Rapport tal-progress
---+Artikolu 14a 1.
---+Artikolu 14a 2.
---+Artikolu 14a 3.

Artikolu 14a Rapport tal-progress

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14a 1.
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.
Artikolu 14a 2.

Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050, inkluż:

(a) 

il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, b'mod partikolari fis-segment tal-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll il-miżuri fil-livell tal-Unjoni, dak tal-Istati Membri u dak lokali biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn vetturi ħfief b'emissjonijiet żero;

(b) 

il-progress fl-effiċjenza enerġetika u l-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi;

(c) 

l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx u medju, inkluż fuq il-prezzijiet tal-elettriku;

(d) 

analiżi tas-suq għall-vetturi użati;

(e) 

il-kontribut potenzjali f'termini ta' ffrankar ta' CO2 ta' miżuri addizzjonali mmirati biex inaqqsu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, bħal miżuri li jappoġġaw it-tneħħija gradwali ta' vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment san;

(f) 

l-impatti fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-effettività tal-miżuri li jappoġġaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol;

(g) 

l-effettività tal-miżuri finanzjarji eżistenti u l-ħtieġa għal aktar azzjoni, inkluż miżuri finanzjarji adegwati, fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew dak lokali biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u biex jittaffa kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati;

(h) 

il-progress fid-djalogu soċjali, kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata aktar tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero;

(i) 

il-progress fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, inkluż il-progress skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(j) 

il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inkluż il-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika;

(k) 

l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda mqiegħda fis-suq, kif irrapportati skont l-Artikolu 7a;

(l) 

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-kisba tal-miri tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Artikolu 14a 3.
Fid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha wkoll, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi analiżi biex tidentifika kwalunkwe diskrepanza fil-finanzjament fl-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, b'attenzjoni partikolari għall-SMEs u r-reġjuni li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.