|
+Artikolu 14a 2. |
Artikolu 14a 2.Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050, inkluż:
(a)
il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, b'mod partikolari fis-segment tal-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll il-miżuri fil-livell tal-Unjoni, dak tal-Istati Membri u dak lokali biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn vetturi ħfief b'emissjonijiet żero;
(b)
il-progress fl-effiċjenza enerġetika u l-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi;
(c)
l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx u medju, inkluż fuq il-prezzijiet tal-elettriku;
(d)
analiżi tas-suq għall-vetturi użati;
(e)
il-kontribut potenzjali f'termini ta' ffrankar ta' CO2 ta' miżuri addizzjonali mmirati biex inaqqsu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, bħal miżuri li jappoġġaw it-tneħħija gradwali ta' vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment san;
(f)
l-impatti fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-effettività tal-miżuri li jappoġġaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol;
(g)
l-effettività tal-miżuri finanzjarji eżistenti u l-ħtieġa għal aktar azzjoni, inkluż miżuri finanzjarji adegwati, fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew dak lokali biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u biex jittaffa kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati;
(h)
il-progress fid-djalogu soċjali, kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata aktar tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero;
(i)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, inkluż il-progress skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(j)
il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inkluż il-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika;
(k)
l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda mqiegħda fis-suq, kif irrapportati skont l-Artikolu 7a;
(l)
l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-kisba tal-miri tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|