+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“trasportatur bl-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“servizz tat-trasport bl-ajru” tfisser titjira jew serje ta' titjiriet li jġorru passiġġieri, merkanzija jew posta, bi ħlas jew kiri;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“parti interessata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk ikollhom personalità ġuridika proprja jew le, li x'aktarx ikollhom interess sinifikanti fir-riżultat tal-proċedimenti, inkluż iżda mhux limitat għal, trasportaturi bl-ajru;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“Stat Membru kkonċernat” tfisser kwalunkwe Stat Membru:
|
(a)
|
li ta l-liċenzja operattiva lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008; jew
|
|
(b)
|
li skont ftehim tiegħu dwar it-trasport bl-ajru, ftehim dwar servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li għandu mal-pajjiż terz ikkonċernat li fih dispożizzjonijiet dwar servizzi tat-trasport bl-ajru, joperaw it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati;
|
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“entità ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk tagħmel profitt jew le, jew kwalunkwe korp uffiċjali kemm jekk għandu personalità ġuridika proprja jew le, li hija taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz, kemm jekk ikkontrollata mill-gvern ta' pajjiż terz jew le, u hija involuta direttament jew indirettament f'servizzi tat-trasport bl-ajru jew f'servizzi relatati jew fil-forniment ta' infrastruttura jew servizzi użati biex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru jew servizzi relatati;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni” tfisser diskriminazzjoni u sussidji;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“theddida ta' ħsara” tfisser theddida li tista' tiġi prevista b'mod ċar li tiżviluppa fi ħsara, probabbli ħafna u imminenti, u li tista' tiġi attribwita mingħajr ebda dubju raġonevoli għal azzjoni jew deċiżjoni minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz.
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“diskriminazzjoni” tfisser divrenzjar ta' kwalunkwe tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi, inkluż servizzi pubbliċi, użati għat-tħaddim tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal tali servizzi, inkluż prattiki relatati man-navigazzjoni bl-ajru jew ma' faċilitajiet u servizzi tal-ajruport, karburant, servizzi fuq l-art, sigurtà, sistemi kompjuterizzati ta' prenotazzjoni, allokazzjonijiet tas-slots, imposti u l-użu ta' faċilitajiet jew servizzi oħrajn użati għat-tħaddim tas-servizzi tat-trasport bl-ajru;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“sussidju” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja:
|
(a)
|
mogħtija minn gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra ta' pajjiż terz f'waħda mill-forom li ġejjin:
|
(i)
|
prattika ta' gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra li tinvolvi trasferiment dirett ta' fondi, trasferiment dirett potenzjali ta' fondi jew obbligi (bħal għotjiet, self, infużjoni ta' ekwità, garanziji ta' self, tnaqqis ta' telf operazzjonali, jew kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti minn awtoritajiet pubbliċi);
|
|
(ii)
|
dħul ta' gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra li jkun dovut jiġi maħfur jew ma jinġabarx (bħal trattament fiskali preferenzjali jew inċentivi fiskali bħal krediti tat-taxxa);
|
|
(iii)
|
gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra, inkluż impriżi kkontrollati pubblikament, jipprovdu oġġetti jew servizzi, jew jixtru oġġetti jew servizzi;
|
|
(iv)
|
gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra jagħmlu ħlasijiet lil mekkaniżmu ta' finanzjament jew jaħtru jew jordnaw lil entità privata biex twettaq waħda mit-tipi ta' funzjonijiet jew iktar, imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii), li normalment ikunu f'idejn il-gvern u, li fil-prattika, ma jkunux ivarjaw minn dawk il-prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet;
|
|
|
(b)
|
li tikkonferixxi benefiċċju; u
|
|
(c)
|
limitata, fid-dritt jew fil-fatt, għal entità jew industrija jew grupp ta' entitajiet jew industriji fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità awtorizzanti;
|
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“Trasportatur bl-ajru tal-Unjoni” tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenzja operattiva valida mogħtija mingħand Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“trasportatur bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat” tfisser it-trasportatur bl-ajru li jkun allegatament soġġett għal ħsara jew theddida ta' ħsara skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|