+Artikolu 4 Tnedija tal-proċedimenti
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
---+Artikolu 4 8
---+Artikolu 4 9

Artikolu 4 Tnedija tal-proċedimenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Investigazzjoni għandha titniedi wara li jiġi preżentat ilment bil-miktub minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk hemm evidenza prima facie tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(a)

prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz;

(b)

ħsara jew theddida ta' ħsara lil trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni; u

(c)

rabta kawżali bejn l-allegata prattika u l-allegati ħsara jew theddida ta' ħsara.

Artikolu 4 2

2.   Meta tirċievi lment skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha.

Artikolu 4 3

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina, fi żmien xieraq, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-elementi previsti fl-ilment jew għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, sabiex jiġi determinat jekk hemmx biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 4 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li ma tnedix investigazzjoni fejn il-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas ma għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni.

Artikolu 4 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ilmentatur u lill-Istati Membri kollha fejn tkun iddeċidiet li ma tnedix investigazzjoni. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni. L-informazzjoni għandha tintbagħat wkoll lill-Parlament Ewropew, f'konformità mal-Artikolu 17.

Artikolu 4 6

6.   Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar dik l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 45 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f'dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tnedix l-investigazzjoni.

Artikolu 4 7

7.   Soġġett għall-paragrafi 4 u 6, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tnedix investigazzjoni skont il-paragrafu 1 f'perijodu massimu ta' ħames xhur minn meta jkun tressaq l-ilment.

Artikolu 4 8

8.   Soġġetta għall-paragrafu 4, meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)

tniedi l-proċedimenti u tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew b'dan;

(b)

tippubblika avviż formali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-avviż għandu jħabbar t-tnedija tal-investigazzjoni, jindika l-ambitu tal-investigazzjoni, il-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz li allegatament ikunu ħadu sehem fi prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni u l-allegata ħsara jew theddida ta' ħsara, it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati, u jiddikjara l-perijodu li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, jissottomettu l-informazzjoni jew japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni. Dak il-perijodu għandu jkun ta' mill-anqas 30 jum.

(c)

tinnotifika uffiċjalment lir-rappreżentanti tal-pajjiż terz u lill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata dwar it-tnedija tal-investigazzjoni;

(d)

tinforma lill-ilmentatur u lill-Kumitat previst fl-Artikolu 16 dwar it-tnedija tal-investigazzjoni.

Artikolu 4 9

9.   Meta l-ilment jiġi rtirat qabel t-tnedija tal-investigazzjoni, l-ilment jitqies li ma jkunx ġie ppreżentat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tniedi investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess skont il-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.