Artikolu 9
Bażi tas-sejbiet f'każ ta' nonkooperazzjoni
Fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jiġi miċħud jew inkella ma jiġix ipprovdut sal-iskadenzi previsti f'dan ir-Regolament, jew fejn l-investigazzjoni tiġi mfixkla b'mod sinifikanti, sejbiet proviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti u l-evidenza disponibbli. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet ippreżentata informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.