+Artikolu 5 Investigazzjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
---+Artikolu 5 9
---+Artikolu 5 10
|
Artikolu 5 Investigazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Wara t-tnedija tal-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. L-investigazzjoni għandu jkollha l-għan li tiddetermina jekk prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Fejn, waqt l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ssib evidenza li l-prattika tista' twassal għal impatt negattiv fuq il-konnettività bl-ajru ta' reġjun partikolari, ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' Stati Membri, u b'hekk impatt negattiv għall-passiġġieri, dik l-evidenza għandha titqies fid-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa sabiex twettaq l-investigazzjoni u għandha tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni li tkun irċeviet jew ġabret mat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati, mal-pajjiż terz, ma' parti interessata, jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Fejn l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 4 ma tkunx kompluta, għandu jittieħed kont tagħha dment li ma tkunx falza jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Jekk evidenza jew informazzjoni ma tiġix aċċettata, il-parti li tforniha għandha tiġi mgħarrfa minnufih bir-raġunijiet għal dan u għandha tingħata opportunità biex tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri fil-limitu taż-żmien speċifikat.
|
|
Artikolu 5 7
|
7. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jappoġġawha fl-investigazzjoni. B'mod partikolari, fuq talba mill-Kummissjoni, huma għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-investigazzjoni billi jipprovdu informazzjoni rilevanti u disponibbli. Fuq talba mill-Kummissjoni, kwalunkwe Stat Membru għandu jagħmel ħilitu biex jikkontribwixxi għall-verifika u l-analiżi rilevanti.
|
|
Artikolu 5 8
|
8. Jekk jidher neċessarju, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz, dment li l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata tkun tat l-approvazzjoni tagħha u l-gvern tal-pajjiż terz ikun ġie notifikat uffiċjalment u ma jkun qajjem l-ebda oġġezzjoni.
|
|
Artikolu 5 9
|
9. Il-partijiet li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tat-tnedija, għandhom jinstemgħu jekk ikunu għamlu talba għal smigħ li turi li huma parti interessata.
|
|
Artikolu 5 10
|
10. L-ilmentaturi, il-partijiet interessati, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz ikkonċernata jistgħu jikkonsultaw l-informazzjoni kollha li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni li huma għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri kkonċernati, dment li tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 u dment li jkunu indirizzaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|