1. Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-investigazzjoni jekk ikun jidher aktar xieraq li tiġi indirizzata l-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni esklużivament skont il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti bi ftehim applikabbli dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni.
Il-Kummissjoni tista' tissokta bl-investigazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-proċedura mwettqa skont il-ftehim applikabbli dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru wasslet għal kostatazzjoni ta' ksur mill-parti(jiet) l-oħra għall-ftehim u din il-kostatazzjoni tkun saret definittiva u vinkolanti għat-tali parti(jiet), iżda azzjoni korrettiva ma tkunx ittieħdet minnufih, jew fi ħdan il-perijodu previst taħt il-proċeduri rilevanti;
|
|
(b)
|
il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni ma tkunx ġiet eliminata fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sospensjoni tal-investigazzjoni.
|