+Artikolu 6 Sospensjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3

Artikolu 6 Sospensjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-investigazzjoni jekk ikun jidher aktar xieraq li tiġi indirizzata l-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni esklużivament skont il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti bi ftehim applikabbli dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni.

Il-Kummissjoni tista' tissokta bl-investigazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-proċedura mwettqa skont il-ftehim applikabbli dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru wasslet għal kostatazzjoni ta' ksur mill-parti(jiet) l-oħra għall-ftehim u din il-kostatazzjoni tkun saret definittiva u vinkolanti għat-tali parti(jiet), iżda azzjoni korrettiva ma tkunx ittieħdet minnufih, jew fi ħdan il-perijodu previst taħt il-proċeduri rilevanti;

(b)

il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni ma tkunx ġiet eliminata fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sospensjoni tal-investigazzjoni.

Artikolu 6 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-investigazzjoni jekk, fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tat-tnedija tal-investigazzjoni:

(a)

l-Istati Membri kollha kkonċernati msemmija fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 2 ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jindirizzaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni esklużivament skont il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim applikabbli skont il-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru, jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru, li jkunu kkonkludew mal-pajjiż terz ikkonċernat; u

(b)

l-ebda wieħed mill-Istati Membri kkonċernati msemmija fil-punt (4)(a) tal-Artikolu 2 ma jkun oġġezzjona.

F'dawk il-każijiet ta' sospensjoni, l-Artikolu 7(1) u (2) għandhom japplikaw.

Artikolu 6 3

3.   Il-Kummissjoni tista' tissokta bl-investigazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-Istati Membri kkonċernati msemmijin fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 2 ma jkunux taw bidu għall-proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont il-ftehimiet internazzjonali rilevanti fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(b)

l-Istati Membri kkonċernati msemmijin fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 2 jinnotifikaw lill-Kummissjoni li l-eżitu tal-proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx ġie infurzat b'mod korrett u malajr;

(c)

l-Istati Membri kollha kkonċernati jitolbu lill-Kummissjoni biex tissokta bl-investigazzjoni;

(d)

il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni ma tkunx ġiet eliminata fi żmien 12-il xahar mid-data tan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 mill-Istati Membri kkonċernati;

(e)

fil-każijiet ta' urġenza previsti fl-Artikolu 11(3), jekk, fi żmien disa' xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mill-Istati Membri kkonċernati msemmija fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 2, il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni ma tkunx ġiet eliminata; fuq it-talba ta' Stat Membru kkonċernat, dak il-perijodu jista' jittawwal mill-Kummissjoni, f'każijiet debitament ġustifikati, b'mhux aktar minn tliet xhur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.