+Artikolu 8 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7
|
Artikolu 8 Kunfidenzjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha, jekk tingħata raġuni valida, titratta bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni li min-natura tagħha hija kunfidenzjali, inkluż iżda mhux limitat għal informazzjoni li l-iżvelar tagħha jista' jkun ta' vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista' jkollu effett negattiv sinifikanti fuq xi persuna li tkun forniet l-informazzjoni jew fuq il-persuna li minnha wieħed ikun kiseb l-informazzjoni li jkun qed iforni, jew li tingħata fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għal investigazzjoni.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni kunfidenzjali għandhom ikunu mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha. Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu fehma raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-partijiet interessati jistgħu jindikaw li l-informazzjoni kunfidenzjali ma tistax tinġabar fil-qosor. F'tali ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha tingħata dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jkunx possibbli li jsir sommarju.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun intalbet. Dan il-paragrafu ma għandux jipprekludi l-użu ta' informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta' investigazzjoni waħda bil-għan li titniedi investigazzjoni oħra skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inklużi l-uffiċjali rispettivi tagħhom, ma għandhom jiżvelaw ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali riċevuta skont dan ir-Regolament, jew xi informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal investigazzjoni, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokument intern imħejji mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati ħlief fejn previst speċifikament f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Fejn jidher li talba għal kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk il-persuna li tkun qed tagħti l-informazzjoni ma tkunx trid tagħmel l-informazzjoni pubblika jew jawtorizza l-iżvelar tagħha f'forma ġenerali jew fil-qosor, l-informazzjoni msemmija tista' tiġi injorata.
|
|
Artikolu 8 6
|
6. Dan l-Artikolu ma għandu jipprekludi la l-iżvelar ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u b'mod partikolari, l-iżvelar tar-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament, u lanqas l-iżvelar tal-evidenza li joqgħodu fuqha l-awtoritajiet tal-Unjoni sa fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu spjegati dawk ir-raġunijiet fi proċedimenti tal-qorti. Tali żvelar għandu jqis l-interess leġittimu tal-partijiet ikkonċernati li s-sigrieti kummerċjali jew tal-gvern tagħhom ma għandhomx jiġu żvelati.
|
|
Artikolu 8 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa u xierqa maħsuba biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li hija rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dment li huma kompatibbli mat-termini tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|