+Artikolu 11 Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien 20 xahar. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż f'każijiet debitament ġustifikati. Fil-każ ta' sospensjoni tal-proċedimenti kif stabbilit fil-paragrafu 4, dak il-perijodu ta' sospensjoni m'għandux jingħadd bħala parti mid-durata tal-proċedimenti.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż f'każijiet debitament ġustifikati. Fil-każ ta' sospensjoni tal-investigazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6, dak il-perijodu ta' sospensjoni ma għandux jingħadd bħala parti mid-durata tal-investigazzjoni. Fejn il-perijodu għall-investigazzjoni jiġi estiż, id-durata tal-estensjoni għandha tingħadd mad-durata totali tal-proċedimenti kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Fil-każ ta' urġenza, jiġifieri f'sitwazzjonijiet fejn skont evidenza ċara ppreżentata mill-ilmentatur jew il-partijiet interessati, il-ħsara għal trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni tista' tkun irreversibbli, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal disa' xhur.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-proċedimenti fejn il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni jew il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tissokta bil-proċedimenti jekk il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati ma jkunux ġew eliminati wara perijodu raġonevoli ta' żmien, li, fi kwalunkwe każ, ma jistax ikun iżjed minn sitt xhur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|