1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tiddetermina li prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżat ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) u (3).