+Artikolu 14 Miżuri ta' rimedju
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7

Artikolu 14 Miżuri ta' rimedju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tiddetermina li prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżat ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) u (3).

Artikolu 14 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tiddetermina li prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, tikkawża theddida ta' ħsara, skont l-Artikolu 12(2) u (3), għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati. Dawn il-miżuri ta' rimedju ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma t-theddida ta' ħsara tiżviluppa fi ħsara proprja.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) u (3).

Artikolu 14 3

3.   Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu imposti fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-pajjiż terz li jibbenefikaw mill-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

dmirijiet finanzjarji;

(b)

kwalunkwe miżura operazzjonali ta' valur ekwivalenti jew inqas, bħas-sospensjoni ta' konċessjonijiet, ta' servizzi dovuti jew ta' drittijiet oħra tat-trasportatur bl-ajru ta' pajjiż terz. Prijorità għandha tingħata lil miżuri operazzjonali reċiproċi, dment li dawn ma jkunux kontra l-interess tal-Unjoni inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni jew mal-obbligi internazzjonali.

Artikolu 14 4

4.   Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex tiġi kkumpensata l-ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati. Għal dak il-għan, dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jiġu limitati għal żona ġeografika speċifika jew jistgħu jiġu limitati fiż-żmien.

Artikolu 14 5

5.   Il-miżuri ta' rimedju ma għandhomx jikkonsistu mis-sospensjoni jew il-limitazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku mogħtija minn Stat Membru lil pajjiż terz skont ftehim dwar it-trasport bl-ajru, ftehim dwar is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe dispożizzjoni dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru inkluża fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż ma' dak il-pajjiż terz.

Artikolu 14 6

6.   Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iwasslu lill-Unjoni jew l-Istati Membri kkonċernati biex jiksru l-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe dispożizzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru inklużi fi ftehim kummerċjali jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 14 7

7.   Id-deċiżjoni li tiġi konkluża l-investigazzjoni bl-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.