2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tiddetermina li prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, tikkawża theddida ta' ħsara, skont l-Artikolu 12(2) u (3), għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati. Dawn il-miżuri ta' rimedju ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma t-theddida ta' ħsara tiżviluppa fi ħsara proprja.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
L-atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) u (3).