+Artikolu 4 Objettivi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 Objettivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-ENISA għandha topera bħala ċentru tal-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità teknika u xjentifika tal-konsulenza li toffri, l-informazzjoni li tipprovdi, it-trasparenza tal-proċeduri tal-operat tagħha, il-metodi tal-operat, u r-reqqa tagħha fit-twettiq tal-kompiti tagħha.
Artikolu 4 2.
L- ENISA għandha tgħin lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni marbuta maċ-ċibersigurtà, inkluż politiki settorjali dwar iċ-ċibersigurtà.
Artikolu 4 3.
L- ENISA għandha tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet u l-istat ta’ tħejjija madwar l-Unjoni, billi tgħin lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati,biex itejbu l-protezzjoni tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom, biex jiżviluppaw u jtejbu r-reżiljenza ċibernetika u l-kapaċitajiet ta’ rispons, u biex jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi fil-qasam taċ-ċibersigurtà.
Artikolu 4 4.
L-ENISA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni inkluż il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti privati u pubbliċi fi kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà.
Artikolu 4 5.
L- ENISA għandha tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni ta’ u r-rispons għal ta’ theddid ċibernetiku, b’mod partikolari fil-każ ta’ inċidenti transfruntiera.
Artikolu 4 6.
L- ENISA għandha tippromwovi l-użu taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f’konformità mat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, bl-għan li tiżdied it-trasparenza taċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, u b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq intern diġitali u l-kompetittività tiegħu.
Artikolu 4 7.
L- ENISA għandha tippromwovi livell għoli ta’ għarfien dwar iċ-ċibersigurtà, inkluż l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku fost iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.