|
+Artikolu 11 Riċerka u innovazzjoni |
Artikolu 11 Riċerka u innovazzjoniArtikolu 11 Riċerka u innovazzjoni Fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ENISA għandha:
(a)
tagħti pariri lil l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bil-għan li jiġu ffaċilitati risponsi effettivi għal riskji u theddid ċibernetiċi kurrenti u emerġenti, anke fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda u emerġenti, u bil-għan li teknoloġiji għall-prevenzjoni tar-riskji jintużaw b’mod effettiv;
(b)
fejn tkun ingħatat is-setgħat rilevanti mill-Kummissjoni, tieħu sehem fil-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkella bħala benefiċjarju;
(c)
tikkontribwixxi għall-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|