+KAPITOLU II Kompiti
---+Artikolu 5 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni
---+Artikolu 6 Bini ta’ kapaċitajiet
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 8 Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
------+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 9 Għarfien u informazzjoni
---+Artikolu 10 Sensibilizzazzjoni u edukazzjoni
---+Artikolu 11 Riċerka u innovazzjoni
---+Artikolu 12 Kooperazzjoni internazzjonali

KAPITOLU II Kompiti

KAPITOLU II Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni

Artikolu 5

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:

(1) 

tassisti u tagħti pariri dwar l-iżvilupp u r-rieżami tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta-ċibersigurtà, u dwar inizjattivi ta’ politika u tal-liġi speċifiċi għas-settur fejn ikunu involuti, b’mod partikolari billi tipprovdi l-opinjoni u l-analiżi indipendenti tagħha kif ukoll billi twettaq xogħol preparatorju;

(2) 

tassiti lill-Istati Membri jimplimentaw il-politika u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2016/1148, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ opinjonijiet, linji gwida, l-għoti ta’ pariri u l-aħjar prattiki dwar suġġetti bħalma huma l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar tal-inċidenti u l-qsim tal-informazzjoni, kif ukoll permezz tal-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward;

(3) 

tassisti lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ politiki dwar iċ-ċibersigurtà li jappoġġaw id-disponibbiltà jew l-integrità ġenerali tal-qalba essenzjali pubblika tal-Internet miftuħ;

(4) 

tikkontribwixxi għax-xogħol tal-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-għarfien espert u l-għajnuna tagħha;

(5) 

tappoġġa:

(a) 

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-identità elettronika u s-servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari billi tipprovdi pariri u toħroġ linji gwida tekniċi, kif ukoll billitiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

il-promozzjoni ta’ livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke billi tipprovdi pariri u għarfien espert, kif ukoll billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

l lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi marbutin maċ-ċibersigurtà tal-politika u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, inkluż billi tipprovdi pariri lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

(6) 

l-appoġġ tar-rieżami regolari tal-attivitajiet ta’ politika tal-Unjoni billi tipprepara rapport annwali dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-qafas legali rispettiv fi-rigward ta’:

(a) 

informazzjoni dwar in-notifiki tal-inċidenti mill-Istati Membri kif provduti mill-punti uniċi ta’ kuntatt lill-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(b) 

taqsiriet tan-notifiki dwar vjolazzjonijiet tas-sigurtà jew nuqqas ta’ integrità riċevuti minn fornituri ta’ servizzi ta’ fiduċja pprovduti mill-korpi superviżorji lill-ENISA, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 910/2014tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(c) 

notifiki ta’ inċidenti tas-sigurtà trasmessi mill-fornituri ta’netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliċi jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti lill-ENISA, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

Artikolu 6 Bini ta’ kapaċitajiet
Artikolu 7 Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni
Artikolu 8 Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni
Artikolu 9 Għarfien u informazzjoni

Artikolu 9

Għarfien u informazzjoni

L-ENISA għandha:

(a) 

twettaq analiżijiet tat-teknoloġiji emerġenti u tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi skont is-suġġett dwar l-impatt mistenni mil-lat soċjetali, legali, ekonomiku u regolatorju tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi fuq iċ-ċibersigurtà;

(b) 

twettaq analiżijiet strateġiċi fit-tul dwar it-theddid u l-inċidenti taċ-ċibernetika biex jiġu identifikati x-xejriet emerġenti u tgħin biex jiġu evitati l-inċidenti;

(c) 

f’kooperazzjoni mal-esperti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti, tipprovdi pariri, gwida u l-aħjar prattiki għas-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, b’mod partikolari għas-sigurtà tal-infrastrutturi li jappoġġaw is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148 u dawk li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi diġitali elenkati fl-Anness III għal dik id-Direttiva;

(d) 

permezz ta’ portall apposta, tikkondividi, torganizza u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, pprovduta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta fuq bażi volontarja mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati;

(e) 

tiġbor u tanalizza informazzjoni disponibbli pubblikament rigward inċidenti sinifikanti u tikkompila rapporti bil-għan li tipprovdi gwidaliċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji madwar l-Unjoni.

Artikolu 10 Sensibilizzazzjoni u edukazzjoni

Artikolu 10

Sensibilizzazzjoni u edukazzjoni

L-ENISA għandha:

(a) 

tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà u tipprovdi gwida dwar prattiki tajba għall-utenti individwali mmirata lejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, inkluż dwar l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku;

(b) 

f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l- aġenziji tal-Unjoni u l-industrija, torganizza kampanji regolari ta’ sensibilizzazzjoni biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà u l-viżibbiltà tagħha fl-Unjoni u tinkoraġġixxi dibattitu pubbliku wiesa’;

(c) 

tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà;

(d) 

tappoġġa koordinazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u.

Artikolu 11 Riċerka u innovazzjoni

Artikolu 11

Riċerka u innovazzjoni

Fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ENISA għandha:

(a) 

tagħti pariri lil l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bil-għan li jiġu ffaċilitati risponsi effettivi għal riskji u theddid ċibernetiċi kurrenti u emerġenti, anke fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda u emerġenti, u bil-għan li teknoloġiji għall-prevenzjoni tar-riskji jintużaw b’mod effettiv;

(b) 

fejn tkun ingħatat is-setgħat rilevanti mill-Kummissjoni, tieħu sehem fil-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkella bħala benefiċjarju;

(c) 

tikkontribwixxi għall-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 12 Kooperazzjoni internazzjonali

Artikolu 12

Kooperazzjoni internazzjonali

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fi ħdan oqfsa rilevanti ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà, billi:

(a) 

fejn xieraq, tkun involuta bħala osservatur fl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji internazzjonali, u tanalizza l-eżitu ta’ dawn l-eżerċizzji u tirrapporta lill-Bord ta’ Tmexxija dwar dan;

(b) 

fuq talba mill-Kummissjoni, tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki;

(c) 

fuq talba mill-Kummissjoni, tipprovdilha għarfien espert;

(d) 

tagħti pariri u appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ftehimiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati taċ-ċibersigurtà ma’ pajjiżi terzi, f’kollaborazzjoni mal-ECCG stabbilit skont l-Artikolu 62,.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.