+Artikolu 19 Bord Eżekuttiv
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
|
Artikolu 19 Bord Eżekuttiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu:
(a)
iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija;
(b)
flimkien mal-Bord ta’ Tmexxija, jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet interni jew esterni tal-awditjar;
(c)
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv stabbiliti fl-Artikolu 20, jgħin u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija fuq il-kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji skont l-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn ħames membri. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu maħtura fost il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija. Wieħed mill-membri għandu jkun il-President tal-Bord ta’ Tmexxija, li jista’ wkoll jippresiedi l-Bord Eżekuttiv, u ieħor għandu jkun wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-mira tal-ħatriet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ erba’ snin. Dak il-mandat għandu jkun tali li jista’ jiġi mġedded.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa’ mill-inqas darba kull tliet xhur. Il-President tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f’isem il-Bord ta’ Tmexxija, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Kwalunkwe deċiżjonijiet proviżorji ta’ dan it-tip għandhom jiġu notifikati lill-Bord ta’ Tmexxija mingħajr dewmien żejjed. Il-Bord ta’ tmexxija għandu mbagħad jiddeċiedi japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proviżorja mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux jieħu deċiżjonijiet f’isem il-Bord ta’ Tmexxija li jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|