+Artikolu 20 Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.

Artikolu 20 Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-ENISA għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta’ Tmexxija.
Artikolu 20 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta’ dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jibgħatlu rapport dwar il-qadi ta’ dmirijietu.
Artikolu 20 3.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli li:

(a) 

iwettaq l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-ENIS;

(b) 

jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta’ Tmexxija;

(c) 

iħejji l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni;

(d) 

jimplimenta d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jirrapporta dwaru lill-Bord ta’ Tmexxija;

(e) 

iħejji r-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA inkluż l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

(f) 

iħejji pjan ta’ azzjoni li jimxi mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u rappurtar dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni;

(g) 

iħejji pjan ta’ azzjoni li jimxi fuq il-konklużjonijiet ta’ rapporti ta’ awditjar intern jew estern, kif ukoll fuq investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lil-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta’ Tmexxija;

(h) 

iħejji l-abbozz ta’ regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA kif msemmija fl-Artikolu 32;

(i) 

iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA u jimplimenta l-baġit tagħha;

(j) 

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi;

(k) 

iħejji strateġija kontra l-frodi għall-ENISA u jippreżentaha lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni;

(l) 

jiżviluppa u jżomm kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(m) 

jiskambja fehmiet u informazzjoni b’mod regolari mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom relatati maċ-ċibersigurtà biex tiġi żgurata l-koerenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni;

(n) 

iwettaq kompiti oħrajn assenjati lid-Direttur Eżekuttiv b’dan ir-Regolament.

Artikolu 20 4.
Fejn meħtieġ, u fi ħdan l-objettivi u l-kompiti tal-ENISA, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jwaqqaf gruppi ta’ ħidma ad hoc magħmulin minn esperti, fosthom esperti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf dan lill-Bord ta’ Tmexxija bil-quddiem. Il-proċeduri, b’mod partikolari, dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma, il-ħatra tal-esperti fil-gruppi ta’ ħidma mid-Direttur Eżekuttiv u t-tħaddim tal-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tat-tħaddim tal-ENISA.
Artikolu 20 5.
Fejn meħtieġ, bil-għan li l-kompiti tal-ENISA jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv u abbażi ta’ analiżi adatta tal-kostijiet u l-benefiċċji, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Qabel ma jiddeċiedi jekk għandux jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttivi għandu jitlob l-opinjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-Istat Membru li fih tkun tinstab is-sede tal-ENISA, u għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord ta’ Tmexxija. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil matul il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istati Membri kkonċernati, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kunsill għal diskussjoni. In-numru aggregat ta’ membri tal-persunal fl-uffiċċji lokali kollha għandu jinżamm f’livell minimu u ma għandux jeċċedi 40 % tan-numru totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tal-ENISA. In-numru tal-membri tal-persunal f’kull uffiċċju lokali ma għandux jeċċedi 10 % tan-numru totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinstab is-sede tal-ENISA.

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi uffiċċju lokali għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jkunu ser isiru fl-uffiċċju lokali b’tali mod li jiġu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ENISA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.