+Artikolu 21 Grupp Konsultattiv tal-ENISA
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
|
Artikolu 21 Grupp Konsultattiv tal-ENISA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi b’mod trasparenti l-Grupp Konsultattiv tal-ENISA magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħalma huma l-industrija tal-ICT, il-fornituri tan-netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku, l-SMEs, l-operaturi ta’ servizzi essenzjali, il-gruppi tal-konsumaturi, l-esperti akkademiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà u r-rappreżentanti ta’ awtoritajiet kompetenti notifikati f’konformità mad- Direttiva (UE) 2018/1972, tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni,kif ukoll ta’ awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-infurzar tal-liġi u għall-protezzjoni tad-data. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jimmira lijiżgura bilanċ xieraq ġeografiku u bejn is-sessi kif ukoll bilanċ bejn il-gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Il-proċeduri għall-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu, il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, in-numru u l-ħatra ta’ membri tiegħu u t-tħaddim tal-Grupp ta’ Ħidma tal-ENISA, għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tat-tħaddim tal-ENISA u għandhom isiru pubbliċi.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv jew minn kwalunkwe persuna li d-Direttur Eżekuttiv jaħtar abbażi ta’ każ b’każ.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Il-mandat tal-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija ma għandhomx ikunu membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA. L-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għandhom id-dritt ikunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu. Ir-rappreżentanti ta’ korpi oħra meqjusa rilevanti mid-Direttur Eżekuttiv, li ma jkunux membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.
|
|
Artikolu 21 5.
|
Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jagħti pariri lill-ENISA fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ENISA, ħlief rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu, b’mod partikolari, jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma annwali.
|
|
Artikolu 21 6.
|
Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jinforma lill-Bord ta’ Tmexxija bl-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|