+Artikolu 31 Implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 8.
---+Artikolu 31 9.
---+Artikolu 31 10.
---+Artikolu 31 11.
---+Artikolu 31 12.
|
Artikolu 31 Implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-ENISA bħal ma jeżerċita fuq dipartimenti tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara (sena N + 1).
|
|
Artikolu 31 4.
|
Kif jaslu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-ENISA skont l-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jħejji l-kontijiet finali tal-ENISA taħt ir-responsabbiltà tiegħu u għandu jippreżentahom lill-Bord ta’ Tmexxija għal opinjoni.
|
|
Artikolu 31 5.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-ENISA.
|
|
Artikolu 31 6.
|
Sal-31 ta’ Marzu tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jittrażmetti r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
|
|
Artikolu 31 7.
|
Sal-1 ta’ Lulju tas-sena N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jitrasmetti l-kontijiet finali tal-ENISA lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Tmexxija.
|
|
Artikolu 31 8.
|
Fl-istess data tat-trasmissjoni tal-kontijiet finali tal-ENISA, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jibgħat ukoll lill-Qorti tal-Awdituri ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawk il-kontijiet finali, b’kopja lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 31 9.
|
Sal-15 ta’ Novembru tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-kontijiet finali tal-ENISA f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 31 10.
|
Sat-30 ta’ Settembru tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 31 11.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
|
|
Artikolu 31 12.
|
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|