+Artikolu 36 Direttur Eżekuttiv
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.
---+Artikolu 36 10.
|
Artikolu 36 Direttur Eżekuttiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-ENISA skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra.
|
|
Artikolu 36 2.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, b’segwitu għal proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-ENISA għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija.
|
|
Artikolu 36 4.
|
Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Tmexxija għandu jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet tal-Membri.
|
|
Artikolu 36 5.
|
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-ENISA.
|
|
Artikolu 36 6.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 18(2).
|
|
Artikolu 36 7.
|
Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal ħames snin.
|
|
Artikolu 36 8.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien tliet xhur qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv, jekk jiġi mistieden, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri.
|
|
Artikolu 36 9.
|
Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess post.
|
|
Artikolu 36 10.
|
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|