+Artikolu 42 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.

Artikolu 42 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
Safejn ikun meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-ENISA tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, jew mat-tnejn li huma. Għal dak il-għan, L-ENISA tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fuq l-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Artikolu 42 2.
L-ENISA għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni f’dak ir-rigward. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ tali ftehimiet, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw b’mod partikolari in-natura, il-grad sa fejn u l-mod li bih dawk il-pajjiżi terzi għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-ENISA,u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-ENISA, dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u dwar il-persunal. Fir-rigward ta’ materji tal-persunal, dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra fi kwalunkwe każ.
Artikolu 42 3.
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom tkun kompetenti l-ENISA. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ENISA topera fil-limiti tal-mandat tagħha u tal-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament ta’ ħidma adatt mad-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.