+Artikolu 49a Informazzjoni u konsultazzjoni dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 49a 1.
---+Artikolu 49a 2.
---+Artikolu 49a 3.
---+Artikolu 49a 4.
|
Artikolu 49a Informazzjoni u konsultazzjoni dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49a 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni dwar it-talba tagħha lill-ENISA għat-tħejjija ta’ skema kandidata jew għar-rieżami ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti kif imsemmija fl-Artikolu 48 disponibbli pubblikament.
|
|
Artikolu 49a 2.
|
Matul it-tħejjija ta’ skema kandidata mill-ENISA skont l-Artikolu 49, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew it-tnejn, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala president tal- ECCG, u tal-ENISA, biex tippreżenta l-informazzjoni rilevanti dwar abbozz ta’ skema kandidata fuq bażi trimestrali. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-ENISA, bi qbil mal-Kummissjoni, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, tista’ tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-partijiet rilevanti ta’ abbozz ta’ skema kandidata, b’mod adatt għal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ, u fejn xieraq b’mod ristrett.
|
|
Artikolu 49a 3.
|
Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u biex jingħata kontribut għal proċess ta’ konsultazzjoni formali, miftuħ, trasparenti u inklużiv, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew it-tnejn, jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni u lill-ENISA jiddiskutu kwistjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonament tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti.
|
|
Artikolu 49a 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tqis, fejn xieraq, l-elementi li jirriżultaw mill-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta tevalwa dan ir-Regolament skont l-Artikolu 67.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|