+Artikolu 52 Livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.

Artikolu 52 Livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tispeċifika wieħed jew aktar mil-livelli ta’ assigurazzjoni li ġejjin għal prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT u servizzi tas-sigurtà ġestiti: “bażiku”, “sostanzjali” jew “għoli”. Il-livell ta’ assigurazzjoni għandu jkun proporzjonat mal-livell tar-riskju assoċjat mal-użu maħsub tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit, f’termini ta’ probabbiltà u l-impatt ta’ inċident.
Artikolu 52 2.
Iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjoniijiet tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għal kwalunkwe livell ta’ assigurazzjoni speċifikat fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li skontu jkunu nħarġu ċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE.
Artikolu 52 3.
Ir-rekwiżiti tas-sigurtà li jikkorrispondu għal kull livell tal-assigurazzjoni għandhom jingħataw fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rilevanti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà korrispondenti u l-grad ta’ serjetà u approfondiment tal-evalwazzjoni li għandha ssir lill-prodott tal-ICT, lis-servizz tal-ICT, lill-proċess tal-ICT jew lis-servizz tas-sigurtà ġestit.
Artikolu 52 4.
Iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għal speċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri relatati magħhom, inkluż kontrolli tekniċi, li l-għan tagħhom huwa li jnaqqsu r-riskju ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà jew jipprevenuhom.
Artikolu 52 5.
Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tirreferi għal-livell ta’ assigurazzjoni “bażiku” għandhom jipprovdu assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat jew tkun inħarġet dik id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u li jkunu ġew evalwati f’livell li hu intiż li jimminimizza r-riskji bażiċi magħrufa ta’ inċidenti u attakki ċibernetiċi. L-attivitajiet ta’ evalwazzjoni li jridu jittieħdu għandhom jinkludu tal-inqas rieżami tad-dokumentazzjoni teknika. Meta tali rieżami ma jkunx adatt, għandhom isiru attivitajiet ta’ evalwazzjoni ta’ sostituzzjoni b’effett ekwivalenti.
Artikolu 52 6.
Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal-livell tal-assigurazzjoni “sostanzjali” għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u jkunu ġew evalwati b’livell intiż li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji ċibernetiċi magħrufa, u r-riskju ta’ inċidenti u attakki ċibernetiċi mwettqa minn atturi b’ħiliet u b’riżorsi limitati. L-attivitajiet tal-evalwazzjoni li jridu jitwettqu għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin: rieżami biex jintwera n-nuqqas ta’ vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament u ttestjar biex jintwera li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jimplimentaw sew il-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa. Meta xi attività tal-evalwazzjoni ta’ dan it-tip ma tkunx xierqa, jistgħu jintużaw attivitajiet tal-evalwazzjoni ta’ sostituzzjoni b’effett ekwivalenti.
Artikolu 52 7.
Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal-livell tal-assigurazzjoni “għoli” għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u li jkunu ġew evalwati b’livell intiż li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ attakki ċibernetiċi tal-ogħla livell imwettqa minn atturi b’ħiliet u b’riżorsi sinifikanti. L-attivitajiet tal-evalwazzjoni li jridu jitwettqu għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin: rieżami biex jintwera n-nuqqas ta’ vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament; ittestjar biex jintwera li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jimplimentaw sew il-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa fl-ogħla livell; u valutazzjoni tar-reżistenza tagħhom kontra attakkanti esperti, billi jiġi ttestjat jekk tistax issir penetrazzjoni. Meta xi attività tal-evalwazzjoni ta’ dan it-tip ma tkunx xierqa, jistgħu jsiru attivitajiet ta’ sostituzzjoni b’effett ekwivalenti.
Artikolu 52 8.
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tispeċifika diversi livelli ta’ evalwazzjoni skont kemm tkun serja u approfondita l-metodoloġija ta’ evalwazzjoni użata. Kull wieħed mil-livelli ta’ evalwazzjoni għandu jikkorrispondi għal wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni u għandu jkun definit b’taħlita adatta ta’ komponenti ta’ assigurazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.