|
+Artikolu 58 8. |
Artikolu 58 8.Kull awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollha mill-inqas is-setgħat li ġejjin:
(a)
li titlob lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, lid-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u lil min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha;
(b)
li twettaq l-investigazzjonijiet, fil-forma ta’ awditi, tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità,tad-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u ta’ min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, għall-fini li tivverifika l-konformità tagħhom ma’ dan it-Titolu;
(c)
li tieħu miżuri adatti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, sabiex tiżgura li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, id-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u min joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(d)
li tikseb aċċess għas-sede ta’ kwalunkwe korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew ta’ detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, bil-għan li twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi proċeduralital-Istati Membri;
(e)
li tirtira, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6), meta tali ċertifikati ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(f)
li timponi pieni f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 65, u li teħtieġ il-waqfien immedjat tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|