+Artikolu 58 Awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.
---+Artikolu 58 6.
---+Artikolu 58 7.
---+Artikolu 58 8.
---+Artikolu 58 9.

Artikolu 58 Awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, jew, bil-qbil ta’ Stat Membru ieħor, għandu jaħtar awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar stabbiliti f’dak l-Istat Membru l-ieħor biex ikunu responsabbli għall-kompiti superviżorji fl-Istat Membru tal-ħatra.
Artikolu 58 2.
Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-identità tal- awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fejn Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità waħda, huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kompiti assenjati lil kull waħda minn dawk l-awtoritajiet.
Artikolu 58 3.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 48(4) u l-Artikolu 56(6), kull awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tkun indipendenti mill-entitajiet li tissorvelja fl-organizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament, fl-istruttura ġuridika u fil-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.
Artikolu 58 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u fl-Artikolu 56(6) huma strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti f’dan l-Artikolu u li dawk l-attivitajiet jitwettqu indipendentement minn xulxin.
Artikolu 58 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkollhom ir-riżorsi adegwati biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv u effiċjenti.
Artikolu 58 6.
Għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, ikun adatt li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jipparteċipaw fil-ECCG b’mod attiv, effettiv, effiċjenti u sigur.
Artikolu 58 7.

L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom:

▼M1

(a) 

jissorveljaw u jinfurzaw ir-regoli inklużi fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 54(1), il-punt (j), għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jkunu nħarġu fit-territorji rispettivi tagħhom, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti l-oħra;

(b) 

jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw, l-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità, u għandhom b’mod partikolari jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw l-obbligi ta’ tali manifatturi jew fornituri stabbiliti fl-Artikolu 53(2) u (3) u fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

▼B

(c) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60(3), jassistu u jappoġġaw b’mod attiv lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, għall-fini ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 56(5);

(e) 

fejn applikabbli jawtorizzaw lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont mal-Artikolu 60(3) u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti fejn il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jiksru rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(f) 

jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew, ta’ ċettifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6) jew fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 53, u għandhom jinvestigaw is-suġġett ta’ tali ilmenti safejn ikun adatt, u għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perijodu raġonevoli;

(g) 

jipprovdu rapport sommarju annwali dwar l-attivitajiet imwettqa skont il-punti (b), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu jew skont il-paragrafu 8 lill-ENISA u lill-ECCG;

▼M1

(h) 

jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta’ skemi speċifiċi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; u

▼B

(i) 

jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 58 8.

Kull awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollha mill-inqas is-setgħat li ġejjin:

(a) 

li titlob lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, lid-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u lil min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha;

(b) 

li twettaq l-investigazzjonijiet, fil-forma ta’ awditi, tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità,tad-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u ta’ min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, għall-fini li tivverifika l-konformità tagħhom ma’ dan it-Titolu;

(c) 

li tieħu miżuri adatti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, sabiex tiżgura li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, id-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u min joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(d) 

li tikseb aċċess għas-sede ta’ kwalunkwe korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew ta’ detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, bil-għan li twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi proċeduralital-Istati Membri;

(e) 

li tirtira, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6), meta tali ċertifikati ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(f) 

li timponi pieni f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 65, u li teħtieġ il-waqfien immedjat tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 58 9.
L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni, b’mod partikolari, billi jiskambjaw informazzjoni, esperjenza u prattiki tajba fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u kwistjonijiet tekniċi rigward iċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.