+Artikolu 60 Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
|
Artikolu 60 Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Tali akkreditament għandu jinħareġ biss meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Fejn ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jinħareġ minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u l-Artikolu 56(6), il-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jiġi akkreditat bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Fejn l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali skont il-punt (f) tal-Artikolu 54(1), huma biss korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti li jiġu awtorizzati mill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà biex iwettqu kompiti taħt dawn l-iskemi.
|
|
Artikolu 60 4.
|
L-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għal perijodu massimu ta’ ħames snin u tista’ tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet, dment li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha f’perijodu ta’ żmien raġonevoli biex jirrestrinġu, jissospendu jew jirrevokaw l-akkreditament ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità maħruġ skont il-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet għall-akkreditament ma jkunux ġew issodisfati jew ma jibqgħux jiġu ssodisfati, jew fejn il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jikser dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|