+Artikolu 67 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
|
Artikolu 67 Evalwazzjoni u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Sat-28 ta’ Ġunju 2024, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-ENISA u ta’prattiki tax-xogħol tagħha, l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-ENISA u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe feedback pprovdut mill-ENISA b’rispons għall-attivitajiet tagħha. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-operazzjoni kontinwa tal-ENISA ma għadhiex iġġustifikata fid-dawl tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, Il-Kummissjoni tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ENISA.
|
|
Artikolu 67 2.
|
L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-bażijiet ta’ evidenza tagħhom, fir-rigward tal-objettivi li jkun żgurat livell adegwat taċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fl-Unjoni u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
|
|
Artikolu 67 3.
|
L-evalwazzjoni għandha tivvaluta jekk ikunux meħtieġa rekwiżiti taċ-ċibersigurtà essenzjali għall-aċċess għas-suq intern sabiex ikun evitat li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi taċ-ċibersigurtà mid-dħul fis-suq intern.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Sat-28 ta’ Ġunju 2024, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tgħaddi rapport dwar l-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Tmexxija. Is-sejbiet ta’ dak ir-rapport għandhom isiru pubbliċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|