5. Qabel ma jippreżenta l-metodoloġija proposta lill-ACER, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni li jinvolvi tal-anqas iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, organizzazzjonijiet industrijali u tal-konsumatur, produtturi jew il-korpi kummerċjali tagħhom, operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni rilevanti, awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn. L-ENSTO-E għandu debitament jikkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni u jippreżentahom, flimkien mal-metodoloġija proposta, f'laqgħa tal-ECG.