+Artikolu 12 1

Artikolu 12 1

1.   Minbarra l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 11, il-pjan ta' tħejjija għar-riskji ta' kull Stat Membru għandu jinkludi miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, bilaterali sabiex jiżgura li l-kriżijiet tal-elettriku b'impatt transfruntier jiġu evitati jew ġestiti kif xieraq. Il-miżuri reġjonali għandhom jiġu maqbulin fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat bejn l-Istati Membri li jkollhom il-kapaċità teknika li jipprovdu assistenza lil xulxin skont l-Artikolu 15. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu wkoll jiffurmaw sottogruppi fi ħdan reġjun. Il-miżuri bilaterali għandhom ikunu maqbulin bejn l-Istati Membri li jkunu konnessi direttament iżda li ma jkunux fl-istess reġjun. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn il-miżuri reġjonali u dawk bilaterali. Il-miżuri reġjonali u bilaterali għandhom tal-anqas jinkludu:

(a)

in-nomina ta' koordinatur għall-kriżi;

(b)

mekkaniżmi għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u għall-kooperazzjoni;

(c)

miżuri kkoordinati li jimmitigaw l-impatt ta' kriżi tal-elettriku, inkluża kriżi tal-elettriku simultanja, għall-fini ta' assistenza skont l-Artikolu 15;

(d)

proċeduri għat-twettiq ta' testijiet annwali jew kull sentejn tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji;

(e)

il-mekkaniżmi ta' skattar ta' miżuri mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu attivati f'konformità mal-Artikolu 16(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.