2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali li jridu jiddaħħlu fil-pjan ta' tħejjija għar-riskji, wara konsultazzjoni maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali rilevanti. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitatur fit-tħejjija tal-ftehim dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ACER u lill-ENTSO għall-Elettriku biex jipprovdu assistenza teknika lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat tali ftehim. Tal-anqas tmien xhur qabel l-iskadenza għall-adozzjoni jew għall-aġġornar tal-pjan ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ECG dwar il-ftehimiet milħuqin. Jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet għal tali nuqqas ta' qbil. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri inkluż mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-konklużjoni ta' ftehim dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali.