+Artikolu 14 Twissija bikrija u dikjarazzjoni ta' kriżi tal-elettriku
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4

Artikolu 14 Twissija bikrija u dikjarazzjoni ta' kriżi tal-elettriku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Fejn xi valutazzjoni tal-adegwatezza staġjonali jew xi sors ieħor kwalifikat jipprovdu informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li tista' sseħħ kriżi tal-elettriku fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha, mingħajr dewmien indebitu, toħroġ twissija bikrija lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-istess reġjun u, fejn ma jkunux fl-istess reġjun, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri direttament konnessi. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar il-kawżi tal-kriżi tal-elettriku possibbli, dwar il-miżuri ppjanati jew meħudin għall-prevenzjoni ta' kriżi tal-elettriku u dwar il-ħtieġa possibbli ta' assistenza mingħand Stati Membri oħrajn. L-informazzjoni għandha tinkludi l-impatti possibbli tal-miżuri fuq is-suq intern tal-elettriku. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-ECG.

Artikolu 14 2

2.   Meta tiffaċċja kriżi tal-elettriku, l-awtorità kompetenti għandha, wara li tikkonsulta lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernat, tiddikjara kriżi tal-elettriku u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-istess reġjun u, fejn ma jkunux fl-istess reġjun, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri direttament konnessi, kif ukoll lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien indebitu. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-kawżi tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku, ir-raġunijiet għad-dikjarazzjoni ta' kriżi tal-elettriku, il-miżuri ppjanati jew meħudin għall-mitigazzjoni, u l-ħtieġa possibbli ta' kwalunkwe assistenza mingħand Stati Membri oħrajn.

Artikolu 14 3

3.   Fejn iqisu li l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 jew 2 mhijiex suffiċjenti, il-Kummissjoni, l-ECG jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-istess reġjun u, fejn ma jkunux fl-istess reġjun, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri direttament konnessi jistgħu jitolbu lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Artikolu 14 4

4.   Fejn awtorità kompetenti toħroġ twissija bikrija jew tiddikjara kriżi tal-elettriku, il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' tħejjija għar-riskji għandhom jiġu segwiti b'mod sħiħ kemm jista' jkun.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.