+Artikolu 18 Monitoraġġ
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
|
Artikolu 18 Monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Minbarra li jwettaq kompiti oħrajn stipulati f'dan ir-Regolament, l-ECG għandu jiddiskuti:
|
(a)
|
ir-riżultati tal-pjan għal 10 snin ta' żvilupp tan-netwerks fl-elettriku imħejji mill-ENTSO għall-Elettriku;
|
|
(b)
|
il-koerenza tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, adottati mill-awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10;
|
|
(c)
|
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa mill-ENTSO għall-Elettriku kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2019/943;
|
|
(d)
|
il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku b'kont meħud tal-anqas tal-indikaturi kkalkolati fil-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi, jiġifieri l-enerġija mistennija mhux servita u t-telf bit-tagħbija mistenni;
|
|
(e)
|
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali msemmija fl-Artikolu 9(2);
|
|
(f)
|
l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(4);
|
|
(g)
|
ir-riżultati ta' evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 17(4);
|
|
(h)
|
il-metodoloġija għal valutazzjoni tal-adegwatezza għal terminu qasir imsemmija fl-Artikolu 8;
|
|
(i)
|
il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku msemmija fl-Artikolu 5.
|
|
|
Artikolu 18 2
|
2. L-ECG jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri kif ukoll lill-ENTSO għall-Elettriku b'relazzjoni mas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 18 3
|
3. L-ACER għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja s-sigurtà tal-miżuri ta' provvista tal-elettriku u għandha tirrapporta b'mod regolari lill-ECG.
|
|
Artikolu 18 4
|
4. Sal-1 ta' Settembru 2025, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tevalwa l-mezzi possibbli li permezz tagħhom tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fil-livell tal-Unjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi, fejn meħtieġ, proposti leġislattivi għall-emendar ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|