+Artikolu 4 Kompiti tal-ACER fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-elettriku
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.

Artikolu 4 Kompiti tal-ACER fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-elettriku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-ACER għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ statuti, il-lista ta’ membri u l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u dwar dawk tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u dwar dawk tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 57(9) tar-Regolament (UE) 2024/1789 u dwar dawk tal-entità tal-UE għad-DSO f’konformità mal-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
Artikolu 4 2.
L-ACER għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti tal-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/943, tal-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-entità tal-UE għad-DSO kif stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2024/1789.
Artikolu 4 3.

L-ACER tista’ tagħti opinjoni:

(a) 

lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943, lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament dwar il-kodiċijiet tan-network;

(b) 

lill-ENTSO tal-Elettriku f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/943, lill-ENTSO tal-Gass f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789, u lill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789 dwar l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u dwar id-dokumenti rilevanti l-oħra msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2024/1789, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb u sigur tas-suq intern tal-elettriku, l-idroġenu u tal-gass naturali;

(c) 

lill-entità tal-UE għad-DSO dwar l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali u dokumenti rilevanti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2024/1789, b’kont meħud tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb u sikur tas-suq intern tal-elettriku, l-idroġenu u tal-gass naturali.

Artikolu 4 4.
L-ACER għandha, fejn ikun xieraq, wara li titlob aġġornamenti għall-abbozzi ppreżentati mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, tapprova l-metodoloġija rigward l-użu tad-dħul mill-konġestjoni skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 4 5.
L-ACER għandha, abbażi tal-fatti, tagħti opinjoni ġustifikata kif xieraq kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fejn hija tqis li l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha ppreżentat lilha b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 ma jikkontribwixxux għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq jew għal livell suffiċjenti ta' interkonnessjoni transfruntiera miftuħa għall-aċċess ta' partijiet terzi, jew mhumiex f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944 jew id-Direttiva 2009/73/KE u mar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Artikolu 4 6.
L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jikkoordinaw sabiex jidentifikaw b’mod konġunt jekk hemmx nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, tal-entità tal-UE għad-DSO jew taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 78(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

Fuq talba ta’ awtorità regolatorja waħda jew aktar jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-ACER għandha toħroġ opinjoni motivata kif ukoll rakkomandazzjoni lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-ENNOH, lill-entità tal-UE għad-DSO jew liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali fir-rigward tal-konformità mal-obbligi tagħhom.

Artikolu 4 7.
Meta opinjoni motivata tal-ACER tidentifika każ potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità tal-ENTSO tal-Elettriku, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENNOH, tal-entità tal-UE għad-DSO jew ta’ ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom b’mod unanimu jieħdu deċiżjonijiet koordinati biex jistabbilixxu jekk hemmx nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti u, meta applikabbli, jiddeterminaw il-miżuri li jridu jittieħdu mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew miċ-ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali biex jirrimedjaw dak in-nuqqas ta’ konformità. Meta l-awtoritajiet regolatorji jonqsu milli jieħdu dawn id-deċiżjonijiet ikkoordinati b’mod unanimu fi żmien erba’ xhur mid-data minn meta tasal l-opinjoni motivata tal-ACER, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni skont l-Artikolu 6(10).
Artikolu 4 8.
Meta n-nuqqas ta’ konformità mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH, mill-entità tal-UE għad-DSO jew minn ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali, li jkun ġie identifikat f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx ġie rimedjat fi żmien tliet xhur, jew meta l-awtorità regolatorja fl-Istat Membru li fih l-entità jkollha s-sede tagħha ma tkunx ħadet azzjoni biex tiżgura l-konformità, l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-awtorità regolatorja biex tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (c), u mal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew mal-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788, sabiex tiżgura li l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH, l-entità tal-UE għad-DSO jew iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, u għandha tinforma lill-Kummissjoni.
Artikolu 4 9.
Il-paragrafi 6, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.