|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.L-ACER għandha tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-linji gwida f’konformità mal-Artikolu 61(6) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74(5) tar-Regolament (EU) 2024/1789. B’mod partikolari għandha:
(a)
tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan f’konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(4) jew l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2024/1789 L-ACER għandha twettaq rieżami tal-linji gwida qafas u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(7) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(7) jew l-Artikolu 72(7) tar-Regolament (UE) 2024/1789;
(b)
tirrivedi l-kodiċi għan-network f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Fir-reviżjoni tagħha, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti fl-abbozzar ta’ dak il-kodiċi tan-network rivedut, immexxi mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tippreżenta lill-Kummissjoni. Għal dak il-għan, l-ACER tista’ tuża l-kumitat għall-abbozzar stabbilit skont il-kodiċijiet tan-network meta xieraq. L-ACER għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet. Sussegwentement, l-ACER għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, l-ACER għandha tħejji u tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(12) jew l-Artikolu 72(12) tar-Regolament (UE) 2024/1789;
(c)
tagħti opinjoni debitament motivata lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 27(1) jew 64(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789, meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network imfassal f’konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 26(1) jew fl-Artikolu 59(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1789 jew kodiċi tan-network li jkun ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 59(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(3) sa (12) jew l-Artikolu 72(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2024/1789 iżda li ma ġiex adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew skont l-Artikolu 71(13) jew l-Artikolu 72(13) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
(d)
timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u l-linji gwida adottati f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq u fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|