+Artikolu 5 Kompiti tal-ACER fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerks u tal-linji gwida
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.

Artikolu 5 Kompiti tal-ACER fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerks u tal-linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-ACER għandha tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u tal-linji gwida f’konformità mal-Artikolu 61(6) tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74(5) tar-Regolament (EU) 2024/1789. B’mod partikolari għandha:

(a) 

tippreżenta linji gwida qafas mhux vinkolanti lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan f’konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(4) jew l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2024/1789 L-ACER għandha twettaq rieżami tal-linji gwida qafas u terġa’ tippreżentahom lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(7) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(7) jew l-Artikolu 72(7) tar-Regolament (UE) 2024/1789;

(b) 

tirrivedi l-kodiċi għan-network f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Fir-reviżjoni tagħha, l-ACER għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet involuti fl-abbozzar ta’ dak il-kodiċi tan-network rivedut, immexxi mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-Gass, mill-ENNOH jew mill-entità tal-UE għad-DSO, u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tippreżenta lill-Kummissjoni. Għal dak il-għan, l-ACER tista’ tuża l-kumitat għall-abbozzar stabbilit skont il-kodiċijiet tan-network meta xieraq. L-ACER għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet. Sussegwentement, l-ACER għandha tippreżenta l-kodiċi tan-network rivedut lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(11) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mal-Artikolu 71(11) jew l-Artikolu 72(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789. Meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network, l-ACER għandha tħejji u tippreżenta abbozz ta’ kodiċi tan-network lill-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan skont l-Artikolu 59(12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(12) jew l-Artikolu 72(12) tar-Regolament (UE) 2024/1789;

(c) 

tagħti opinjoni debitament motivata lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 27(1) jew 64(2) tar-Regolament (UE) 2024/1789, meta l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-ENNOH jew l-entità tal-UE għad-DSO ikunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-network imfassal f’konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 26(1) jew fl-Artikolu 59(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1789 jew kodiċi tan-network li jkun ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 59(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 71(3) sa (12) jew l-Artikolu 72(3) sa (12) tar-Regolament (UE) 2024/1789 iżda li ma ġiex adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 59(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew skont l-Artikolu 71(13) jew l-Artikolu 72(13) tar-Regolament (UE) 2024/1789.

(d) 

timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789 u l-linji gwida adottati f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli maħsuba biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq u fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.

Artikolu 5 2.

Fejn wieħed mill-atti legali li ġejjin jipprovdi għall-iżvilupp ta' proposti għal termini u kondizzjonijiet jew metodoloġiji komuni għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji kollha, dawk il-proposti għat-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji komuni għandhom jiġu ppreżentati lill-ACER għal reviżjoni u approvazzjoni:

(a) 

att leġislattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;

(b) 

il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati qabel l-4 ta' Lulju 2019 u reviżjonijiet sussegwenti ta' dawk il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida; jew

(c) 

il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

Artikolu 5 3.

Fejn wieħed mill-atti legali li ġejjin jipprovdi għall-iżvilupp ta' proposti għal termini u kondizzjonijiet jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li jeħtieġu l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat, dawk l-awtoritajiet regolatorji għandhom jilħqu ftehim b'unanimità dwar it-termini u l-kondizzjonijiet jew metodoloġiji li għandhom jiġu approvati minn kull waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji:

(a) 

att leġislattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;

(b) 

il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li ġew adottati qabel l-4 ta' Lulju 2019 u reviżjonijiet sussegwenti ta' dawk il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida;, jew

(c) 

il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-proposti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu notifikati lill-ACER fi żmien ġimgħa mill-preżentazzjoni tagħhom lil dawk l-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jirreferu il-proposti lill-ACER għall-approvazzjoni skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) u għandhom jagħmlu dan skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) fejn m'hemm l-ebda ftehim unanimu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Id-Direttur jew il-Bord tar-Regolaturi, li jaġixxi fuq inizjattiva proprja jew fuq proposta ta' membru wieħed jew aktar tiegħu, jista' jeħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkonċernat jirreferu l-proposta lill-ACER għall-approvazzjoni. Tali talba għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-proposta maqbula reġjonalment ikollha impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sikurezza tal-provvista lil hinn mir-reġjun.

Artikolu 5 4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-ACER għandha tkun kompetenti biex tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 6(10) fejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jaqblux fuq termini u kondizzjonijiet jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni ta' kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida ġodda adottati wara l-4 ta' Lulju 2019 bħala atti delegati, fejn dawk it-termini u l-kondizzjonijiet jew metodoloġiji jeħtieġu l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha jew mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat.
Artikolu 5 5.
Sal-31 ta' Ottubru 2023, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa possibbli li jissaħħaħ aktar l-involviment tal-ACER fl-iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida adottati bħala atti delegati wara l-4 ta' Lulju 2019. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġislattiva biex jiġu ttrasferiti jew immodifikati s-setgħat meħtieġa lill-ACER.
Artikolu 5 6.
Qabel ma japprovaw it-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet regolatorji, jew, fejn tkun kompetenti, l-ACERa għandhom jirreveduhom fejn meħtieġ wara li jikkonsultaw l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gas jew l-entità tal-UE għad-DSO, sabiex jiġi żgurat li jkunu konformi mal-għan tal-kodiċijiet tan-netwerk jew tal-linji gwida u li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament xieraq tas-suq. L-ACER għandha tieħu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-perjodu speċifikat fil-kodiċijiet tan-netwerk u fil-linji gwida rilevanti. Dak il-perjodu għandu jibda fil-jum ta' wara dak li fih il-proposta tkun ġiet riferuta lill-ACER.
Artikolu 5 7.
L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fir-rigward tar-rieżami taż-żona tal-offerti skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 5 8.
L-ACER għandha tissorvelja l-kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943 u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, u għandha tqis l-eżitu ta' dik il-kooperazzjoni meta tkun qed tifformula l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha.

L-ACER għandha timmonitorja l-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719.

Artikolu 5 9.
L-ACER għandha tapprova u, fejn meħtieġ, temenda l-proposta konġunta mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-entità tal-UE għad-DSO rigward it-tip ta’ data u l-format u l-metodoloġija relatata mal-analiżi li għandhom jiġu pprovduti fir-rigward tal-flessibbiltà meħtieġa skont l-Artikolu 19e(6) tar-Regolament (UE) 2019/943.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.