+Artikolu 6 Kompiti tal-ACER marbutin mal-awtoritajiet regolatorji
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 9a.
---+Artikolu 6 9b.
---+Artikolu 6 9c.
---+Artikolu 6 9d.
---+Artikolu 6 10.
---+Artikolu 6 11.
---+Artikolu 6 12.
---+Artikolu 6 13.

Artikolu 6 Kompiti tal-ACER marbutin mal-awtoritajiet regolatorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-ACER għandha tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet tekniċi fejn dawk id-deċiżjonijiet huma previsti fir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva (UE) 2019/944 jew id-Direttiva 2009/73/KE.
Artikolu 6 2.
Skont il-programm ta' ħidma tagħha, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-ACER tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jgħinu lill-awtoritajiet regolatorji u l-parteċipanti fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba.
Artikolu 6 3.
Sal-5 ta’ Lulju 2022, u mbagħad kull erba’snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 76(6) tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
Artikolu 6 4.
L-ACER għandha tipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jikkoperaw l-awtoritajiet regolatorji sabiex tiżgura teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti dwar kwistjonijiet b'rilevanza transfruntiera. Hija għandha tippromwovi kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji u fost l-awtoritajiet regolatorji fil-livell reġjonali u tal-Unjoni u għandha tqis l-eżitu ta' din il-kooperazzjoni meta tkun qed tifformula l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha. Fejn l-ACER tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.
Artikolu 6 5.
Fuq talba ta’ awtorità regolatorja waħda jew aktar jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-ACER għandha tagħti opinjoni fattwali rigward il-konformità ta’ deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2024/1789, id-Direttiva (UE) 2019/944, jew id-Direttiva (UE) 2024/1788, jew ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta’ dawk ir-regolamenti jew direttivi, jew mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938.
Artikolu 6 6.
Fejn l-awtorità regolatorja ma tikkonformax mal-opinjoni tal-ACER imsemmija fil-paragrafu 5, fi żmien erba' xhur mid-data meta tirċeviha, l-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru konċernat b'dan.
Artikolu 6 7.
Fejn, f'każ speċifiku, awtorità regolatorja tiltaqa' ma' diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva (UE) 2019/944 jew id-Direttiva 2009/73/KE,, hija tkun tista' titlob lill-ACER biex tagħti opinjoni. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha, wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċievi talba bħal din.
Artikolu 6 9.
L-ACER għandha tippreżenta opinjonijiet lill-awtorità regolatorja kkonċernata u lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8(1b) u l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 6 9a.
L-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet skont l-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.

L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji, fir-rigward tal-bażijiet tal-assi regolatorji skont l-Artikolu 5(6), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1789.

Artikolu 6 9b.
L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass skont l-Artikolu 21(11) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
Artikolu 6 9c.
L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tas-soluzzjonijiet għar-restrizzjonijiet għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu skont l-Artikolu 55(8) tar-Regolament (UE) 2024/1789.
Artikolu 6 9d.
L-ACER għandha tippubblika rapporti ta’ monitoraġġ dwar il-konġestjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni skont il-punt 2.2.1(2) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789.
Artikolu 6 10.

►M5  L-ACER għandu jkollha l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet regolatorji li jkollhom effetti fuq il-kummerċ transfruntier jew is-sigurtà tas-sistemi transfruntiera li jeħtieġu deċiżjoni konġunta ta’ mill-anqas żewġ awtoritajiet regolatorji, meta dawk il-kompetenzi jkunu ġew konferiti lill-awtoritajiet regolatorji skont wieħed mill-atti ġuridiċi li ġejjin:

(a) 

att leġiżlattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;

(b) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u r-reviżjonijiet sussegwenti ta’ dawk il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida;

(c) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

(d) 

il-linji gwida skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789; jew

(e) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 71 sa 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789. ◄

L-ACER għandha tkun kompetenti tadotta deċiżjonijiet individwali kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mir-riferiment tal-każ lill-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji jew fi żmien erba’ xhur fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew tal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;

(b) 

fuq il-bażi ta' talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti.

L-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jitolbu, b’mod konġunt, li l-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġi estiż b’perjodu sa sitt xhur, ħlief fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

Meta l-kompetenzi biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ġew ikkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji f’kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019, l-ACER għandha tkun kompetenti biss fuq bażi volontarja skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fuq talba minn mill-inqas 60 % tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jkunu involuti żewġ awtoritajiet regolatorji biss, kwalunkwe waħda minnhom tista’ tirreferi l-każ lill-ACER.

Sal-31 ta' Ottubru 2023, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa possibbli li jissaħħaħ aktar l-involviment tal-ACER fis-soluzzjoni ta' każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar deċiżjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet li dwarhom ġew ikkonferiti l-kompetenzi fuq dawk l-awtoritajiet regolatorji permezz ta' att delegat wara l-4 ta' Lulju 2019. Meta jkun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġislattiva biex dawn is-setgħat jiġu mmodifikati jew biex is-setgħat meħtieġa jiġu ttrasferiti lill-ACER.

Artikolu 6 11.
Meta tkun qed tħejji d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 10, l-ACER għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni konċernati u għandha tkun informata dwar il-proposti u l-osservazzjonijiet tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni kollha kkonċernati.
Artikolu 6 12.

Fejn każ ikun ġie riferut lill-ACER skont il-paragrafu 10, l-ACER:

▼M5

(a) 

għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tar-riferiment, jew fi żmien erba’ xhur minnha fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788; u

▼B

(b) 

tista', jekk ikun meħtieġ, tipprovdi deċiżjoni interim sabiex tiżgura li s-sigurtà tal-provvista jew is-sigurtà operattiva għall-infrastruttura inkwistjoni tiġi protetta.

Artikolu 6 13.
Fejn il-kwistjonijiet regolatorji msemmija fil-paragrafu 10 jinkludu eżenzjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943, jew tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament m'għandhomx jiġu kumulattivi mal-iskadenzi stipulati f'dawk id-dispożizzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.