+Artikolu 6 10.

Artikolu 6 10.

►M5  L-ACER għandu jkollha l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet regolatorji li jkollhom effetti fuq il-kummerċ transfruntier jew is-sigurtà tas-sistemi transfruntiera li jeħtieġu deċiżjoni konġunta ta’ mill-anqas żewġ awtoritajiet regolatorji, meta dawk il-kompetenzi jkunu ġew konferiti lill-awtoritajiet regolatorji skont wieħed mill-atti ġuridiċi li ġejjin:

(a) 

att leġiżlattiv tal-Unjoni adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja;

(b) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u r-reviżjonijiet sussegwenti ta’ dawk il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida;

(c) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

(d) 

il-linji gwida skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789; jew

(e) 

il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida msemmija fl-Artikoli 71 sa 74 tar-Regolament (UE) 2024/1789. ◄

L-ACER għandha tkun kompetenti tadotta deċiżjonijiet individwali kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mir-riferiment tal-każ lill-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji jew fi żmien erba’ xhur fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew tal-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;

(b) 

fuq il-bażi ta' talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti.

L-awtoritajiet regolatorji kompetenti jistgħu jitolbu, b’mod konġunt, li l-perjodu msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġi estiż b’perjodu sa sitt xhur, ħlief fir-rigward tal-każijiet skont l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu (59)(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 62(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944 jew l-Artikolu 78(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

Meta l-kompetenzi biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ġew ikkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji f’kodiċijiet tan-network jew linji gwida ġodda msemmija fl-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019, l-ACER għandha tkun kompetenti biss fuq bażi volontarja skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fuq talba minn mill-inqas 60 % tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti. Meta jkunu involuti żewġ awtoritajiet regolatorji biss, kwalunkwe waħda minnhom tista’ tirreferi l-każ lill-ACER.

Sal-31 ta' Ottubru 2023, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa possibbli li jissaħħaħ aktar l-involviment tal-ACER fis-soluzzjoni ta' każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar deċiżjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet li dwarhom ġew ikkonferiti l-kompetenzi fuq dawk l-awtoritajiet regolatorji permezz ta' att delegat wara l-4 ta' Lulju 2019. Meta jkun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġislattiva biex dawn is-setgħat jiġu mmodifikati jew biex is-setgħat meħtieġa jiġu ttrasferiti lill-ACER.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.